Ryan Dimech m’għadux qed jiġi mfittex, wara li ġiet interċettat mal-wasla f’Malta minn Sqallija.
Il-Korp tal-Pulizija fi stqarrija qal li jixtieq jikkjarifika li kuntrarju għal dak li ġie rrappurtat fuq xi mezzi tal-midja, il-persuna mfittxija kien inizzjalment notifikat biex jidher il-Qorti madanakollu peress li naqas li jattendi għas-smiegħ, il-Maġistrat li qed tippresjedi l-każ ħarġet mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu u wara diffikultajiet biex dan jinstab tat ordni lill-pulizija sabiex jinħareġ avviż fuq il-mezzi tal-midja, bil-għan li l-persuna tinstab mill-aktar fis possibbli sabiex titkompla l-kawza biex jigi wkoll salvagwardjat l-interess tal-vittma.
Kien Dimech innfisu li kiteb fuq il-midja soċjali li hu qatt ma ġie nnotifikat mill-Pulizija sabiex jitla’ l-Qorti.