Il-Professur Alan Deidun qal f’kumment fl-aħħar minuti li mhuwiex sorpriż b’dak li seħħ fid-Dwejra. “Minix sorpriż, kienet antiċipata li qed tiġġarraf maż-żmien. M’għandiex tkun sorpriża kbira. Dan proċess naturali. Din xi ħaġa li għamlitha n-natura. Proċess naturali li kien se jiġri,” qal il-Professur Deidun, espert fil-qasam ambjentali.
Fuq nota iktar pożittiva l-Professur Deidun qal li “Għawdex għandu ħafna iktar attrazzjonijiet biex jiġbed in-nies. Għawdex mogħni b’ħafna iktar affarijiet.”