Kien Żaren Vassallo nnifsu li kien iddikjara bil-ġurament li ltaqa’ mal-Ministru dwar l-art tal-Lowenbrau.
Żaren Vassallo kien xehed dan fil-Qorti waqt kawża li kienet għaddejja bejnu u s-sidien tal-kumpanija Marsovin. Żvela dan il-Ministru Owen Bonnici, waqt il-programm Xarabank, f’dibattitu mal-eks Ministru Jason Azzopardi. L-istess Azzopardi li kien ilu għal diversi jiem jiċħad li ltaqa’ ma’ Vassallo.
Meta qara mix-xhieda, il-Ministru Bonnici żvela kif Vassallo qal li ma kienx kuntent b’ittra li rċieva mid-Dipartiment tal-Artijiet għax jekk kien hemm kwistjoni minn naħa tagħhom ma kellux ikun hu li jġorr il-piż tagħha. Biex hawn qal li ltaqa’ mal-Ministru u sar diskors dwar kompromess.