Pilota li kien lest għat-tluq, ġie arrestat mill-Pulizija Kanadiża hekk kif kien se jagħmel il-vjaġġ skedat minkejja li kien fis-sakra, u jpoġġi ħajtu u l-ħajja tal-passiġġieri fil-periklu.
Sagħtejn wara l-arrest tal-pilota li għandu 37 sena, nstab li r-raġel kien ikkonsma ftit mhux ħażin alkoħol, preċiżament tliet darbiet aktar mill-limitu legali.
L-ajruplan kien tal-linja tal-ajru Sunwing u abbord tiegħu kien hemm 100 passiġġier. It-titjira xorta waħda telqet lejn il-Messiku, iżda b’xorti tajba, l-ajruplan instaq minn pilota differenti.
Kien meta l-membri tal-ekwipaġġ innuttaw li l-pilota kien qed iġib ruħu b’mod stramb u wara ħassu ħażin li l-awtoritajiet ġew infurmati.
Huwa ġie akkużat li kien se jtajjar ajruplan meta kien taħt l-effett tal-alkoħol.
Il-pilota huwa Miroslav Gronych, Slovakk ta’ 37 sena.