Raġel ta’ 38 sena mill-Belt Valletta indarab ħafif fi Triq il-Vittmi Furjanizi tal-Gwerra, il-Furjana.
Ir-raġel kien qed jitma’ xi qtates meta mar iserraħ ma grada tal-ħadid, li nqalgħat u magħha ġibdet ġebla. Il-ġebla ma wagħatx minn sur, kuntrarjament għal dak irrapportat minn ċertu mezzi tax-xandir, imma minn tieqa fil-livell tat-triq.
Minbarra l-Pulizija, bil-każ ġie informat il-Perit tal-Gvern li qiegħed jinvestiga.