Il-Qorti Russa qalet li l-linja tal-ajru Aeroflot ma tistax tobbliga lill-impjegati tagħha x’qies tal-ħwejjeġ jilbsu.
Dan wara li żewġ membri tal-ekwipaġġ nisa fittxew bil-qorti lill-linja tal-ajru fuq allegament diskriminazzjoni.
Aeroflot kienet qalet lill-membri tal-ekwipaġġ li ma setgħux jilbsu uniformijiet akbar minn UK 16/ EUR 42/ US 14. Iżda minkejja li l-Qorti qalet li l-impjegat ma jistax jobbliga lill-ħaddiema x’qies tal-ħwejjeġ jilbsu, ma ddikjaratx li r-regoli ta’ Aeroflot huma diskriminatorji.
Minflok il-Qorti ordnat kumpens ta’ ftit flus biex jagħmel tajjeb għal flus li telfu mill-paga l-ħaddiema minħabba dawn ir-regoli.