Dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa u nofs seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.
Raġel Russu ta’ 31 sena tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’, bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi.
Jidher li l-mutur tat-tip Honda kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn Buġibba meta seħħ l-inċident. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.