Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky qal li l-lejl li għadda kien wieħed brutali.
Huwa għamel din l-istqarrija dalgħodu.
Il-President Ukren qal li l-forzi Russi qed jattakkaw żoni residenzjali fejn m’hemmx infrastruttura militari.
Filfatt, qal li s-suldati Russi qed jattakkaw kollox, inkluż ambulanzi.
Intant, Zelensky żied jgħid li l-Ukrajna tibqa’ miftuħa għat-taħditiet.
Filfatt, kelliem għall-Gvern Russu qal li delegazzjoni Russa tinsab f’Belarus għal taħditiet mal-Ukrajna.
ARA WKOLL: