Ilbieraħ filgħaxija rrapportajna li raġel ta’ 40 sena ntlaqat minn vettura fi Triq Borg Olivier f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ ftit wara s-sitta u nofs ta’ filgħaxija.
Ir-raġel milqut huwa Olandiż li jgħix f’San Ġiljan, u kien miexi fit-triq fil-ħin tal-inċident. Huwa kellu jittieħed l-isptar Mater Dei iżda sofra biss ġrieħi ħfief.
Nistgħu nikkonfermaw li kien każ ta’ hit and run, jiġifieri s-sewwieq tal-karozza baqa’ sejjer u għadu mhux magħruf min seta’ kien. Nafu wkoll li l-karozza hi tal-għamla Smart.
Jekk inzertajt kont fuq il-post jew taf b’xi ħaġa, kellem lill-Pulizija, anke b’mod anonimu.