F’żewġ każi separati l-Qorti semgħet kif raġel kien juża mobile phone tas-sieħba tiegħu sabiex jaċċessa il-profili tagħha fis-siti soċjali u kif wara l-mara pruvat tkisser l-apparat elettroniku li kien tiegħu.
Ir-raġel ta’ 37 sena wieġeb li mhux ħati għall-akkużi. Huwa kien akkużat ukoll li m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija. Huwa ma ingħatax il-ħelsien mill-arrest.
Il-mara li ġiet mressqa l-Qorti stqarret mal-pulizija li hi kienet vittma ta’ vjolenza domestika u li wara li spiċċaw ir-relazzjoni tagħhom huwa ħa lura l-mobile li kien taha u użah sabiex iżżomm għajnejh fuqha.
Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lil mara fuq depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €2,000, filwaqt li tiffirma l-għassa darba fil-ġimgħa u ma toħroġx bil-lejl sakemm mhux għax-xogħol.