Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Jordan Azzopardi. Raġel akkużat b’diversi reati serji fosthom traffikar ta’ droga, tixrid ta’ flus foloz u li kien jmexxi ċirku ta’ kriminalità.
Irriżulta kif Azzopardi kien jiltaqa’ ma’ ċertu Mario Abdilla, li qed jiskonta tlett snin priġunerija, biex ipartu noti foloz ta’ €100 għal €15 -il ewro kull nota.
Abdilla kien imur fi ħwienet differenti madwar Malta biex isarraf dawn in-noti u wara jmur jiltaqa’ ma’ Azzopardi jew l-għarusa tiegħu f’roundabout biex itihom il-flus.
F’xhieda oħra, sid wieħed mill-garaxxijiet li kien juża Azzopardi biex jitraffika d-droga, spjega kif Jordan kien trasforma kompletament il-garaxx li kien qed jikrilu.
Mix-xhieda ta’ Carmel Chircop irriżulta kif f’dawn il-garaxxijiet kien ikun hemm kimiċi biex jeqred evidenza jekk jagħmlu xi rejd il-pulizija.
Jonathan Magion, xhud ħabib ta’ Azzopardi spjega kif darba minnhom Jordan kien ħadu miegħu sabiex jixtri Range Rover fuq ismu għal-mija u dsatax –il elf ewro.
Fil-Qorti ħareġ ukoll kif student Iraqqin u eks impjegat ta’ Azzopardi seraq diversi iphones li jammontaw għal €33, 000.
Il-Kumpilazzjoni mistennija tkompli fil-ġimgħat li ġejjin.