Il-gvern għamel investiment mingħajr preċedent fl-edukaturi bil-ftehim kollettiv iffirmat f’Diċembru li għadda. Ftehim li sar bil-qbil assolut tal-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) li tirrappreżenta lill-istess għalliema u li kienet lesta tieħu azzjonijiet industrijali, kieku t-talbiet tagħha ma ntlaqgħux.
Għax jekk kien hemm gvern li ħalla lill-għalliema jaqgħu lura kien Gvern Nazzjonalista b’żidiet miżerabbli ta’ 1%.
Dan wassal biex meta l-gvern preżenti beda jinnegozja l-ftehim kollettiv kellu saħansitra jibda mill-qiegħ biex in-negozjati kienu iktar diffiċli.
Fil-fatt kien għalhekk ġustifikat li l-għalliema jitolbu u jingħataw żidiet li qatt ma ngħataw bħalhom qabel għax kienu l-iktar professjoni li tħalliet taqa’ lura fi snin preċedenti.