Fatima għandha tliet snin u hija waħda minn dawk it-tfal li ndarbet serjamnet fil-gwerra fis-Sirja. Familtha tinsab il-Ġermanja, fejn sptar minnhom issuġġerixxa li missierha jtiha injezzjoni biex tmut. Qalulu li ħajjitha kienet se tkun miżerabbli.
Imma minflok qatluha, esperti oħra wettqu operazzjoni delikata u kumplikata immens fuqha, li issa biddlitilha ħajjitha.
“Fatima hija tifla li kellha tbati wisq” tirrakkonta ommha f’dan il-filmat, filwaqt li tesprimi r-rieda li terġa’ tkun tista’ timxi ma’ bintha.
https://www.youtube.com/watch?v=MgEoiLztVps