Fuq ONE Breakfast wieħed mill-fundaturi tal-organizazzjoni “bBrave” li l-għan tagħha huwa biex tqajjem aktar kuxjenza dwar il-bullying f’pajjiżna, qasam esperjenzi koroh li tfal vittmi ta’ bullying jistgħu jgħaddu minnhom fil-ħajja ta’ kuljum.
Hawnhekk huwa spjega li bħala organizazzjoni ġieli rċevew telefonati mingħand ġenituri li qalulhom li wliedhom ippruvaw jew kellhom ħsieb li jagħmlu suwiċidju minħabba li sfaw vittmi ta’ bullying.
L-Avukat Aaorn Zammit kien qed jireaġixxi propju għall-każ riċenti ta’ tifla ta’ 12-il sena li ġiet attakkata minn grupp ta’ studenti wara l-iskola. F’filmat li ċċirkola fuq il-midja soċjali juri tfal lebsin l-uniformi tal-iskola jagħtu daqqiet ta’ ponn u ta’ sieq lit-tifla.
Zammit qal li l-bullying isir ta’ spiss u li episodji bħal dawn jistgħu jqanqlu sens ta’ biża fuq il-vittmi, ħaġa li anke tnaqqas is-sens ta’ kunfidenza fihom.
Segwi l-intervista kollha hawnhekk: