“Biex dħalna kellna nirranġaw is-setturi ekonomiċi kollha tagħna, u weġġajna lin-nies f’dal-pajjiż biex ibiddlu.”
Pierre Portelli, Eks Editur Medialink
Dan kien is-sentiment li ħareġ matul episodju ieħor tar-Ricky Caruana Podcast, hekk kif mistieden fuqu, kien hemm l-eks editur tal-midja Nazzjonalista Pierre Portelli.
Kien propju matul dan l-episodju fejn Portelli beda jsemmi l-passat tal-PN, u kemm il-Partit, dak iż-żmien immexxi minn Eddie Fenech Adami, ma kienx lest għal wara l-isħubija mal-Unjoni Ewropea.
“Il-Partit Nazzjonalista ma kienx preparat għal wara s-sħubija tal-Unjoni Ewropea, x’se jagħmel wara bħala partit u bl-assi kollha tiegħu, il-midja tiegħu, whatever, hemmhekk fejn beda jbati, fejn beda jitlef l-appoġġ, big time, għaliex ma kellux dak l-għan, dak l-iskop, li dħalna fl-Unjoni Ewropea.”
Pierre Portelli, Eks Editur Medialink
Portelli kompla jammetti li fl-istess żmien, bdiet toħroġ ċertu arroganza minn fost il-PN, li warajha wieħed ried jara l-istampa kollha.
“Kienet bdiet dieħla dik li ħafna kienu jgħidulha l-arroganza li, hemm l-istampa l-kbira, inti ħu paċenzja u oqgħod kwiet għax l-istampa l-kbira hija importanti aktar.”
Pierre Portelli, Eks Editur Medialink
Kien hawn lil-preżentatur irrimarka l-ħdura li hemm fost il-midja Nazzjonalista, u t-tattiċi qarrieqa tagħhom – ħaġa li Portelli m’eskludix.
Preżentatur: “Il-mentalità għadha mhux open-minded biżżejjed, naraha jien. Ħaġa li jiena nobogħod hija l-ħdura. Il-PN narahom ħodor aktar mil-Laburisti. Issa, taqta’ ċertu individwi, dejjem se jkun hemm min jispikka, imma anke as a media house, kattivi ħafna. In-nies illum ma jriduhiex dik il-ħaġa.
Portelli: “Jiena ma naqbilx miegħek”
Il-preżentatur kompla jwassal il-punt tiegħu fuq dan kollu, b’Portelli xorta waħda ma jsib xejn ħażin.
Preżentatur: “Il-PN ikollhom skandli. Alla jbierek fuq tagħhom ma jattakkawhom ħadd. Ikollhom nies li ma marrux għax-xogħol, kollha muta l-gazzetti. Mhux fair. In-nies fit-toroq dawn iħossuhom dawn l-affarijiet li it is very unfair. Mela fuq bniedem billboards u laqqas naf x’ma tagħmilx, u hekk għandu jkun, imma imbagħad clean your house l-ewwel biex inti tmur fuq ħaddieħor u tgħidlu hekk. F’din illackja ħafna l-PN, bil-PN tiegħu kollox hush jgħaddi u niġġustifikawh, b’xi mod. Il-Labour, tiegħu li hu ħażin, u jagħmlu sew, dak anke minn ġol-qamar insiru nafu bihom dawn l-affarijiet.”
Portelli: “Jien ma naħsibx li hemm differenza, honestly.”
Portelli, li hu magħruf għall-appoġġ li ta lill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, ma qagħadx lura milli jsemmi d-dieqa li kellu meta fazzjoni fi ħdan il-PN m’aċċettatx lil Delia bħala Kap.
“Dak li ġara lil Adrian Delia, aktar milli lil Adrian Delia lill-Partit Nazzjonalista, kienet daqqa li biex jirkupra minnha l-PN, għad iridu jgħaddu s-snin, għax meta int għall-ewwel darba tgħid, again idea ta’ Simon Busuttil li jagħti l-vot lit-tesserati biex jagħżlu l-Kap tagħhom, l-intenzjoni tajba ħafna, imma mbagħad ħallih jagħżel lit-tesserat, mhux meta għażel l-ewwel darba tgħidlu le ta’, żbaljat int.”
Pierre Portelli, Eks Editur Medialink
Hu temm jgħid li din kienet is-sitwazzjoni li wasslitu biex jaqta’ r-rabta li kellu mal-Partit Nazzjonalista dak iż-żmien, għaliex kienet sitwazzjoni gravi għall-aħħar.
“Tant din is-sitwazzjoni bdejt naraha gravi, jiġifieri l-ħajja personali spiċċat. WHITEFLASH Kien hemm dawn il-gambetti interni kuljum, ta’ kuljum, kuljum b’xi ħaġa ġdida, u ma kienx hemm biżżejjed b’reżistenza għax ħadd ma’ basar. Jiena kont nassumi li once imbagħad intgħażel Kap, kulħadd se jinġabar miegħu, se jgħinu, u jekk inti ma taqbilx miegħu, jekk m’intix konvint li dak hu l-aħjar Kap, tipprova tgħinu biex jinbidel.”
Pierre Portelli, Eks Editur Medialink