Raġel ta’ 29 sena minn Santa Venera ammetta li ħebb għal ommu u kif ukoll hedded lil missieru wara li dawn ma ridux jagħtuh flus għad-droga.
Fil-Qorti ntqal kif darba fost oħrajn ir-raġel anke wasal biex ħeba l-pilloli li ommu kienet tieħu għall-kontra l-kanċer sakemm tagħtih il-flus.
Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bl-Avukat Difensur jissuġerixxi li qabel jingħata s-sentenza jsir rapport minn social worker.
Il-Maġistrat ikkundanatu għal sentejn probation u ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal ħames snin biex matul dan il-perjodu ma jdejjaqx iżjed lill-ġenituri.