Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa, seħħ inċident fi Triq Michelangelo Cagiano, San Ġiljan.
Waqt li raġel ta’ 29 sena, residenti Ħal Balzan kien dieħel ġol-vettura tiegħu, huwa kien intlaqat minn vettura oħra tat-tip Kia Sportage, misjuqa minn raġel ta’ 41 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ.
Ir-raġel ta’ 29 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.