Materjal tal-bombi, xkubetti u munizzjon kienu fost l-affarijiet misjuba fid-dar tas-suspettat ta’ sparer f’Dallas. Sparar li wassal biex inqatlu ħames uffiċjali tal-pulizija u sebgħa oħra sfaw midruba. Dan wara l-protesti li nqalgħu wara l-qtil ta’ Philando Castile f’Minnesota u Alton Sterling f’Louisiana. Is-suspettat ta’ 25 sena miet wara taqtigħa qalila mal-pulizija.