Basket partikolari jinsab għall-bejgħ għal $1400. Ngħidu partikolari għax magħmul minn qattus ta’ vera, li kien ibbalzmat wara mewtu. Il-basket jinsab għall-bejgħ fuq is-sit elettroniku Trade Me bbażat New Zealand.
Skont kif qed ikun irreklamat, ma kien hemm ebda annimali li sofra tbatija jew uġiegħ meta kien magħmul dan il-‘glamour bag’. Dan xorta ma waqqafx kritiċi jgħidu li l-basket huwa offensiv u juri nuqqas ta’ rispett lejn l-annimali.