Dikjarazzjoni ċara mill-Prim Ministru li fuq ONE tenna li kieku l-inkjesta ssib xi ħaġa fuqu, jitlaq. B’serenità sħiħa qal li li l-inkjesta Maġisterjali dwar l-allegazzjonijiet tal-PN tista ssib biss il-verità. Jekk tinstab xi ħaġa kontrih jew martu, qal il-Prim Ministru, postu ma jkunx hemm, u lest li jirriżenja
Qal li tant huwa fil-paċi miegħu innifsu li ma jiddejjaqx jgħid li lest jirriżenja. Żied jgħid però li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jerfa’ responsabiltà hu wkoll. Tkun xi tkun il-kariga ta’ Simon Busuttil, għandu jerfa’ responsabilità huwa wkoll u jitlaq, jekk l-inkjesta ma ssib xejn. Madanakollu, żied jgħid il-Prim Minsitru, dik hija l-għażla tiegħu.
“Hija kwistjoni ta’ karattru” qal Muscat. Meta Simon Busuttil irċieva SMS tad-DB, mar jattakka kemm jiflaħ fuq it-televiżjoni. Kif ikun hemm ftit pressjoni, osserva l-Prim Ministru, Simon Busuttil joħroġ dgħajjef. Il-Partit Nazzjonalista bħalissa huwa mifni każijiet li dwarhom mhux qed jitlob investigazzjoni, bħal ngħidu aħna l-aħħar każ li għadu kemm ġie żvelat, fejn MEPs Nazzjonalisti qed jiffrodaw flus l-Unjoni Ewropea. Mhux talli ma jinvestigax, talli jmur jitlob biex il-Kummissjoni Ewropea ma tinvestigax.
Fil-waqt tal-għażla, il-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed jagħżel, qal il-Prim Minsitru. Żied jgħid li għamel żbalji, ħa passi drastiċi kontra nies madwaru meta kien hemm ċertu allegazzjonijiet. Kuntrarju għal Simon Busuttil, li jinqala’ fil-kliem biss.
Qal li mhu se jħalli lil ħadd jimmina r-rittmu ta’ suċċess ekonomiku li qabad dan il-pajjiż.