Isimhom biss inissel biża’ u terrur imma qatt ħlomt li tmur tgawdi ġurnata fi spa ġewwa post li jismu ISIS? Riċerka ħafifa li għamilna turina kif madwar id-dinja hemm numru ta’ postijiet li fihom iġagħluk tħossok bħal re jew reġina u li lkoll jġorru l-istess isem bħal dak tal-Istat Iżlamiku.
Fost l-oħrajn hemm dak fiċ-ċentru tal-kapitali Ungeriża, Budapest (ritratt). Imma mhux hekk biss, ISIS Spa jeżisti wkoll fil-Marokk, fit-Turkija, fl-Iskozja u fit-Tanzanija.
Meta nqisu minn xiex għaddejja d-dinja, forsi ngħidu li l-isem mhux addattat imma oħroġ il-għaġeb dawn l-postijiet li joffru d-duwa tal-Madalena huma dejjem mimlijin bin-nies.
Żgur li f’dan il-każ, il-biki u theżżiż tas-snien li norbtu mal-infern li jrid joħloq l-Istat Iżlamiku, ma jgħoddx!