- Tonio Fenech rega’ tefa’ l-ballun f’saqajn Azzopardi
Kien hemm żvolta oħra fis-saga tal-art ta’ 21 tomna f’Ħal Qormi. F’The Malta Independent, l-eks Ministru Tonio Fenech qal li qatt ma ltaqa’ ma’ Żaren Vassallo u li kieku Vassallo ried jiltaqa’ miegħu, kien jibgħatu għand Jason Azzopardi, għax Azzopardi kien responsabbli mill-artijiet.
Waqt il-programm Xarabank ta’ nar il-Ġimgħa, il-Ministru Owen Bonnici ippubblika xhieda fil-Qorti ta’ Zaren Vassallo, li fiha Vassallo jgħid li kien mar jiltaqa’ mal-Ministru responsabbli u wiegħdu kompromess fuq il-każ tal-art ta’ Ħal Qormi.