“Bħal sajjetta fil-bnazzi ħallejtni missieri”, kienu l-kliem li bihom Matthew Grech sellem lil missieru, Leli Grech magħruf bħala l-pejsa, li tilef ħajtu traġikament it-Tlieta filgħodu f’parkeġġ ta’ stabbiliment fil-Ħamrun. Ibnu rah imut quddiem għajnejh.
F’messaġġ emozzjonanti fuw Facebook, Matthew Grech qal li ma kienx hawn raġel bħal missieru fuq din l-art, u kif il-pejsa kien raġel dejjem lest li jgħin lil kulħadd.
“Kont tgħidilna biex noqgħodu attenti fuq xogħol, u dejjem tipprietka, u b’hekk kellek tħallina…”, qal Grech. Huwa żied jispjega kif xahrejn oħra kellhom ippjanat li Leli Grech jieqaf mix-xogħol biex jipprattika d-delizzju tas-sajd tal-pixxispadu kif kien ukoll kaċċatur.
“Kiefra kellek tħallina hekk, tmut quddiemi u ma stajt nagħmel xejn biex ngħinek, ma nistax inneħħik minn quddiem għajnejja”, qal b’qalb maqsuma iben il-vittma, li wiegħed li se jagħmel l-aħjar biex jimla lil missieru bil-hena.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/01/15/emanuel-grech-huwa-r-ragel-li-tilef-hajtu-fparkegg-fil-hamrun-3/