Ġie fi tmiemu taħriġ intensiv ta’ 31 kickboxers lokali li ftit ilu ġew inkurunati champions nazzjonali u iffurmaw it-tim nazzjonali malti tal-Kickboxing għas-sena 2023. Dawn l atleti huma lesti biex jaqbdu triqithom għal Ġermanja fejn fi Munich ħa jirrapreżentaw lil Malta fl-ISKA World Championships. Dan huwa avveniment kbir u tant prestigjuż fejn ha jkun hemm preżenti bosta rjus kbar fix xena tal-Kickboxing u K1. Il-Kampjonat jibda fit-18 u jintemm fil-21 ta’ Ottubru.
L-atleti maltin ha jieħdu sehem f’għaxar kategoriji f’weight classes differenti.
L-atleti ħa jkunu qed juru l-kapaċitajiet tagħhom flimkien ma’ atleti oħra minn madwar id-dinja kollha.
Dan kollhu ma setax iseħħ hekk mhux bis saħħa ta’ SportMalta fejn il-Malta Kkickboxing Association huma affilijati magħhom u Gladiators Promotions fejn ħadmu id f’id f’kull pass biex dan iseħħ. Dawn jiringrazzjaw min qalbhom lil Ministru tat-Turiżmu Onor. Clayton Bartolo għal għajnuna li sabu.
Huma saħqu li t-turiżmu sportiv f’dixxiplini differenti qiegħed jikber hawn Malta u l-atleti maltin qed jibrillaw fid-dixxiplini sportivi individwali bħal ma huma Kickboxing, K1, Boxing u Muay Thai .
L-atleti kollha maltin huma:
Jake Azzopardi
Cain Xavier Chetcuti
Rhys Vella
Theance Farrugia Reeves
Taras Hyrk
Isaac Bugeja
Brylee Cutajar Thorton
Isaiahn Zammit
Ruslana Farrugia
Jennifer Nwankwo
Wendy Pace
Xanthe Briffa
Emma Xuereb
Celeste Galea
Leanne Magro
Diane Xerri
Naomi Camilleri
Skyler Bezzina
Thomas Ebejer
Kareem Abohassoun
Jaydee Cassar
Jesred Piscopo
Justin Pace
Brent Spiteri
Aiden Catania Borg
Aleksandar Milijkovic
Faris Lukovic
Robert Reilly
Ryan Cachia
Stephen Mifsud
Dillon Mamo