Kontinġent malti tal-Kickboxing jinsab Vjenna fejn mil-lum se jkun qed jieħu sehem fil-Kampjonat tad-Dinja ISKA.
Kampjonat ta’ livell għoli organizzat mill-ISKA (International Sports Karate & Kickboxing Association) u li fihom Malta se tkun rappreżentata minn 26 kickboxer ta’ etajiet differenti.
It-team malti huwa taħt is-superviżjoni ta’ bosta kowċies immexxija mill-Head Coach Noel Mercieca.
Hemm stennija kbira mill-kickboxers maltin u l-għan hu li jtejjbu r-riżultat tas-sena l-oħra meta Malta temmet fil-15-il post.
Il-Kampjonat jibqa’ għaddej sa nhar il-Ħadd li ġej.
Il-kickboxers maltin li se jieħdu sehem huma dawn:
Subien junior minn 6 sa 11-il sena: • Jake Azzopardi (-40kg)
Subien junior minn 12 sa 14-il sena: • Josip Bosnjak (-40kg) • Isaac Bugeja (-45kg) • Esequiel Seychell (-35kg) • Liron Muscat (-65kg) • Cain Xavier Chetcuti (-40kg)
Bniet junior minn 12 sa 14-il sena: • Dana Cassar (-50kg)
Subien Junior minn 15 sa 17-il sena: • Jake Gomez (75kg+) • Jaydee Cassar (-70kg) • Skyler Bezzina (-60kg) • Victor Galea (-50kg)
Junior girls 15 to 17- il sena: • Samantha Portelli (-60kg)
Irġiel 18+: • Logan Galea (-60kg) • Rifat Bostan (-65kg) • Teodore Sammut (-70kg) • Toraino Singleton (-80kg) • Milivoje Bajic (-85kg) • Borko Stanjocic (-75kg) • Jesred Piscopo (-70kg) • Ryan Cachia (-65kg) • Danzel Azzopardi (-60kg)
Nisa 18+: • Caley Fourie (-50kg) • Finial Liebe (-55kg) • Leanne Magro (-60kg) • Ahweafa Garenne (-50kg) • Celeste Galea (-65kg)