Dalgħodu qomna b’kontroversja sħiħa. Dak li jidher huwa ritratt ta’ Snapchat tal-artist internazzjonali Wiz Khalifa deher fuq l-internet u qajjem storbju sħiħ. Taħt ir-ritratt hemm il-kitba “I smoked a joint in blue lagoon today”.
Mhux magħruf jekk dan huwiex kliem l-artist innifsu, jew jekk il-kitba ta’ taħt hijiex xogħol xi ħadd biex joħloq kontroversja. Id-diskussjoni li qamet fuq il-grupp ta’ Facebook “The Salott” kienet bejn dawk li sostnew li m’għandniex nindaħlu f’ħajjet ħaddieħor, li joint ma jagħmel ħsara lil ħadd, u oħrajn li fakkru illi kieku kien ħaddieħor, mhux ċelebrità li għamel dan, kien jispiċċa quddiem Tribunal, jew saħansitra l-Qorti. Il-mistoqsija tagħna hi: jekk dan ir-ritratt huwa minnu, u mhux editjat, il-joint ġabu miegħu minn barra, u għaldaqstant impurtah, jew xtrah minn hawn?