Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, mistenni iħabbar pjan dettaljat biex il-Partit Laburista iżid drastikament il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-Elezzjoni Ġenerali, dik tal-Parlament Ewropew u anke dik tal-Kunsilli Lokali.
Id-dettalji ta’ dan il-pjan mistennija jitħabbru fil-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista, li se tiltaqa’ nhar il-Ħamis li ġej.
Il-gazzetta KullĦadd żvelat kif il-Prim Ministru afda l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan f’ idejn il-Membru Parlamentari Ewropew, Miriam Dalli.
Fil-fatt hi se tmexxi team ta’ persuni fi ħdan il-Partit Laburista u l-Moviment, li se jwettqu proġett li se jkun immirat biex jattira u jħarreġ nisa biex jidħlu għal responsabbiltajiet politiċi f’ kull livell.
Miriam Dalli iddeskriviet dan il-Pjan bħala l-aktar inizzjattiva femminista li qatt nieda partit politiku f’ Malta.
Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru mistenni jispjega kif dan il-Pjan se jimxi id f’ id mall-implimetazzjoni ta’ kwoti tal-ġeneru li l-Partit Laburista għandu mandat biex iwettaq.
Fil-fatt, il-programm elettorali għall-elezzjoni ġenerali tal-Partit Laburista kien jgħid li Gvern Laburista jibda “diskussjoni dwar miżuri pożittivi li jistgħu jittieħdu biex iktar nisa jkunu rappreżentati fil-parlament.