Id-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar spiċċa jitfa’ l-ħtija fuq il-vittma li allegatament ġie aggredit u ntefa’ l-baħar fl-Imġarr Għawdex.
Fuq dan il-każ persuna mistennija titressaq il-Qorti li ħebbet għal persuna barranija, li hu mifhum li anki ġiet imżebilħa u mitfguħa l-baħar quddiem grupp ta’ nies.
Fuq facebook Cutajar kiteb fuq dan il-każ u bilkemm ma waħħalx fl-allegat vittma.
Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, id-Dekan tal-Fakulta għall-Ġid tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, ikkundanna bil-qawwa l-argumenti tad-Deputat Nazzjonalista.
“Minn persuna li jridha t’attivist fil-qasam tad-diżabilità fejn id-diskorsi t’esklużjoni u emarġinazzjoni huma l-akbar għadu, hawn għandna l-politiku Kevin Cutajar, bil-kemm mhux iwaħħal fl-allegat vittma”, kiteb il-Professur Azzopardi.
Filwaqt li sa issa Kevin Cutajar ma wera l-ebda tip ta’ rimors jew ressaq apoloġija għal dak li kiteb, wisq inqas il-Partit Nazzjonalista ħareġ jikkundannah.