Kevin Borg reġa’ għamilha hekk kif kiseb suċċess globali fix-xena tal-mużika wara li kkollabora fuq album bl-isem ta’ Untitled mal-grupp popolari Ġappuniż Arashi.
L-album tela’ sparat fl-ewwel post fil-Ġappun iżda mhux hekk biss, illum l-album tela’ wkoll fl-ewwel post bħala l-aktar album mibjugħ fid-dinja kollha b’bejgħ ta’ iktar minn 600,000 album fl-ewwel ġimgħa u b’artisti bħal Niall Horan u Pink fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
Waħda mill-kanzunetti li kiteb Kevin flimkien ma’ Peter Nord f’dan l-album bl-isem ta Tsunagu ntgħażlet ukoll biex tkun il-kanzunetta li ntużat f’film maġġuri fil-Gappun bl-isem ta’ Shinobi no Kuni u waħda mis-singles prinċipali tal-album.