Kevin Barun, li llum ħabbar li rriżenja minn sindku ta’ Birżebbuġa, stqarr magħna li x-xogħol ta’ Sindku kien għal qalbu ħafna, iżda kellu jieħu dan il-pass minħabba raġunijiet personali.
Sostna li għandu ħeġġa jara proġetti jitwettqu, fosthom il-pjan tal-Gvern favur enerġija aktar nadifa u aktar effiċjenti. Fakkar f’kemm-il proġett twettaq f’dawn l-aħħar snin f’Birżebbuġa.
“Min qed jgħid li jien irriżenjajt minħabba t-tanker ma jafx jaqra bil-Malti” qal Barun, b’referenza għal mod li bih il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista dawru t-tħabbira tar-riżenja tiegħu.
https://www.youtube.com/watch?v=nC2O3DRLygA