Malta tinsab maqbuda bejn temperaturi iktar sħan li qed joriġinaw mill-Afrika u li qed jikkontrastaw ma’ temperaturi iktar kesħin lejn it-Tramuntana tagħna fuq l-Ewropa.
Is-sit tal-bassara tat-temp indipendenti FirstMalta.com ( www.firstmalta.com ) qed jirraporta li li l-arja pjuttost kiesħa tal-Ewropa se tersaq lejn iċ-ċentru tal-Mediterran, dan mistenni jiġri bejn il-lejl tas-Sibt 20 u l-Ħadd 21 ta’ Jannar li ġej.