L-istat Indjan ta’ Kerala, li ntlaqat mill-għargħar, iddikjara allert tas-saħħa wara li 11-il persuna mietu kawża tal-marda leptospirosis fl-aħħar jumejn.
Il-gvern talab lil kulħadd li ġie f’kuntatt mal-ilma tal-għargħar sabiex jieħdu l-mediċina bħala miżura ta’ prekawzjoni, u b’hekk tiġi evitata epidemija.Uffiċjali tas-saħħa qalu li ma kien hemm l-ebda kawża immedjata għall-allarm, u s-sitwazzjoni kienet taħt kontroll.
Għargħar kbir qatel madwar erba mitt persuna f’Kerala minn Ġunju ‘l hawn. Iktar minn miljun persuna kellhom jevakwaw darhom, b’ħafna qed jieħdu kenn f’eluf ta’ kampijiet.