Jirriżenja mill-kariga tiegħu l-Professur Kenneth Wain Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, qal li r-riżenja tal-Professur Wain kienet marbuta mal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji tal-2007, fejn hu ippropona li jsirulu tibdiliet.
Minħabba li dan l-att kellu nuqqas ta’ elementi li jħarsu l-interess pubbliku fl-operat tal-organizzazzjonijiet volontarji, il-Ministeru sostna li kien kommess jagħmel tibdil.
Dan it-tibdil sar bl-assistenza tal-Avukat Ġenerali, l-FIAU kif ukoll id-Dipartiment tal-Inland Revenue biex ma jiġux repetuti l-iżbalji tal-2007. Dan qalu l-Ministeru fi stqarrija fejn saħaq li jinsab fiduċjuż li l-att jitressaq fil-parlament fil-ġimgħat li ġejjin. Aktar dettalji malli jaslulna.