L-Ambaxxata tar-Repubblika tal-Bulgarija f’Ruma u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ approvaw il-ħatra ta’ Kenneth Vella bħala Konslu Onorarju għar-Repubblika tal-Bulgarija f’Malta.
Iċ-ċerimonja tal-ħatra saret uffiċjali proprju f’Malta fis-17 ta’ Ottubru li għadda fejn issimbolizzat it-tragward sinifikanti fl-affarijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Bulgarija.
Kenneth Vella huwa Senior Partner mal-kumpanija Vella & Associates f’pajjiżna u għandu esperjenza twila fil-qasam finanzjarju hekk kif serva bħala Chief Financial Officer għal żmien twil mal-kumpanija JB Stores Group of Companies.
Minbarra x-xogħol ewlieni tiegħu fl-accountancy u s-servizzi korporattivi, Vella huwa direttur f’diversi kumpaniji u huwa involut ukoll fil-proprjetà.
Fi stqarrija intqal kif Vella jinsab ħerqan immens biex jibda jibni iktar relazzjonjiet bilaterali b’saħħtihom bejn Malta u l-Bulgarija.
Ġie rrimarkat li t-tisħiħ bejn iż-żewġ pajjiżi huwa kruċjali u wara kollox l-għan ewlieni tal-konslu l-ġdid.