F’tislima fuq Facebook, il-mara tas-suldat li miet ilbieraħ qasmet ritratt ta’ żewġha li ħadet bħal-lum xahar meta kienu l-Awstrija.
“Jiem ilu saqsejtni issa fejn immorru, għax kont taf li dejjem nhewden biex insiefer”, kitbitlu martu Catherine.
Hija qalet li ma’ żewġha xtaqet iddur id-dinja biex tara n-natura li t-tnejn kienu jħobbu u jfittxu, imma issa daqshekk marru flimkien minkejja li kien għad fadal ħafna x’jiskopru.
“Jien nagħmel l-itinerarju u int ix-xufier u l-map reader u tikkalmani meta xi ħaġa fil-pjan li kont nagħmel jien tmur ħażin”, kitbet Catherine, l-għada li żewġha, Christian Degabriele ta’ 35 sena, instab mejjet qrib il-Gżejjer ta’ San Pawl.
Dan wara li l-Ħamis filgħaxija, ir-raġel kien qed jogħdos fl-inħawi u ma telax.