Il-Budget għas-sena d-dieħla jaħseb f’għajnuna għal tfal vulnerabbli.
Dan intqal minn mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela fuq il-midja soċjali, b’reazzjoni għall-Budget li tħabbar din il-ġimgħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dr Abela qalet kif miżura għal qalbha hija dik li kull Kap ta’ skola tal-istat se jingħata għotja ta’ €10,000 fis-sena.
Dan biex jassigura li ebda tifel u tifla ma jkun nieqes minn bżonnijiet bażiċi bħall-ikel.
Hija temmet il-messaġġ billi qalet li din hija Malta li tħobb.