Dalgħodu diversi persuni marru l-għassa tal-Qawra b’bosta oġġetti fosthom ħwejjeġ għaċ-ċkejken Cristiano li nstab abbandunat ilbieraħ f’Buġibba.
Dan wara l-appell tas-Surġent Glen Carabott li sab lit-tifel, sabiex min jista’ jieħu ħwejjeġ jew oġġetti għat-tifel jeħodhom l-Għassa tal-Qawra.
Intant, huwa jibqa’ japella biex min għandu xi oġġetti li jistgħu jkunu utli għal Cristiano, jagħti sehemu kif jista’