Żmien il-Milied iġib miegħu żmien ta’ ferħ u ċelebrazzjoni għal bosta, madankollu għal uħud is-sens ta’ solitudni jkompli jiżdied.
Dan ħareġ iktar fid-deher permezz ta’ dokumentarju miktub mill-Fakulta għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fi ħdan l-Universita ta’ Malta.
F’dan id-dokumentarju, s-Sinjorina Diandra Scicluna, spjegat li minkejja li kellha min iħobbha u jirrispettaha hija xorta esperjenzat is-solitudni.
“Kont niġi bbuljata ħafna allura l-‘bullying’ mill-aktar ħaġa li ġġielgħek tħossok waħdek fid-dinja”
Diandra spjegat kif minħabba l-għemil ta’ ħaddieħor hija inqatgħet minn kulħadd u bdew jiġuha ħsibijiet li xejn ma kienu pjaċevoli.
“Kont tqum filgħodu mingħajr motivazzjoni ta’ xejn ma tkun trid tagħmel xejn, lanqas skola ma kont irrid immur ma kontx immur xogħol, dwejjaq kbar ma jkollok aptit tagħmel xejn. L-unika li tibda tara hija li aħjar immut”
Hawnekk, Deandra appellat sabiex kulħad iqis kliemu qabel jikkonfronta lil xi ħadd.
“In-nies iridu jifhmu li jaħsbu darbtejn qabel jgħidu kelma għax kelma taf itellgħek il-ġenna u taf tniżżlek l-infern.”
Minkejja li ħafna jaħsbu li ż-żmien itaffi, Diandra saħqet li aktar kemm bdiet tikber aktar bdiet tħossha waħedha u dan ikkonfermatu wkoll Natalie Kenely, lettur fl-Università fejn spjegat kif l-adoloxxenti huma fost l-aktar vulnerabbli.
“Riċerka li kopriet aktar minn 3 miljun persuna wriet li waqt li aħna nemmnu li s-solitudni taffetwa iżded lil nies anzjani ħafna, r-riċerka wriet li s-solitudni tilħaq il-quċċata tagħha fl-adoloxxenti u qalb l-adulti tonqos u terġa’ tiżdied qalb l-anzjani kbar”
Id-dekan ta’ din il-Fakulta, Dr Andrew Azzopardi stqarr li sabiex tiġi indirizzata l-problema tas-solitudni b’mod konkret hemm bżonn li tinħoloq strateġija Nazzjonali hekk is-solitudni mhux biss hi problema tal-individwu.
“Irridu naraw li l-politka soċjali tibda tindirizza dan il-fenominu mhux biss b’inizjattivi tajbin li jsiru minn caritas u ngos oħrajn imma billi jkollna strateġija ħa nifhmu ftit minn xiex qed jiġu u nippruvaw inħarsu lejn soluzzjonijiet konkreti u tanġibbli għax meta jkollok persuna li hija waħedha m’hijiex problema tagħha, mhix problema li qed taffetwa lilha biss. hija problema tagħna lkoll”