Niġerjan ta’ 21 sena inżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli li prova jimporta l-kannabis waqt li kien ġej f’pajjiżna minn Sqallija.
Huwa kien mixli ukoll li importa id-droga,u li kellu fil-pusess tiegħu partijiet tal-pjanta tal-kannabis li skont l-akkużat ma kinetx għal użu personali tiegħu.
L-imputat ġie arrestat ftit wara nofsilejl bejn it-tnejn u it-tlieta propju mal-wasla tiegħu bil-catamaran minn Sqallija. Hawn irriżulta li l-akkużat kellu fuqu madwar 600 gramma droga kannabis.
Huwa wieġeb mhux ħati. Peró ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest. Dan għaliex l-imputat ma għandux residenza f’Malta.