Wara bidu xott għar-rebbiegħa meteroloġika, April ġab miegħu 28.6 mm ta’ xita fuq il-gżejjer Maltin. Dan ifisser 9.9mm xita aktar min-norma għal dan ix-xahar.
Barra minn hekk, kien hemm jiem li kienu mudlama ħafna. It-tieni jum ta’ April, per eżempju, ra biss ftit aktar minn sagħtejn xemxin. Madanakollu, ix-xahar kollu kien aktar xemxi min-norma klimatika, hekk kif tkejlu 270 siegħa xemxin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan qalu l-Uffiċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-ewwel ġimgħa ta’ April ġabet magħha l-iżjed ġurnata mxarrba, bl-aktar temperatura baxxa u l-buffuri tar-riħ l-aktar b’saħħithom. L-inqas temperatura niżlet għal 8.6 gradi celsius, filwaqt li l-ogħla laħqet 24.6 gradi.