It-temp qed jisħon, u anke l-air condition units!
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili dalgħodu kellhom jitilgħu fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Floriana, sabiex jaraw li jikkontrollaw is-sitwazzjoni, wara li s-sistema tal-arja kkundizzjonata ħadet in-nar.
Dan seħħ dalgħodu fis-07:00 u ħadd ma weġġa’, għajr forsi għall-qatgħa li seta’ ħa s-sewwieq.