Ftit tal-ħin ilu, id-Dar tal-Providenza qalet dan li fuq talba tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, se tassigura li l-ħaddiema kollha jitħallsu l-istess għall-istess impjieg u li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni.
B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2016, il-ħaddiema kollha komunitarji li huma issekondati f’waħda mill-lokalitajiet tagħha, se jingħataw allowance ugwali għad-differenza bejn il-paga minima li qed jitħallsu bħala impjegati tal-Community Workers Scheme Enterprise Foundation u dak li jkunu se jibdew jaqilgħu fil-grad ekwivalenti tagħhom bħala impjegati tad-Dar tal-Providenza. Dan l-allowance se jitħallas mid-Dar tal-Providenza kull xahar u inkluż fis-sistema tal-pagi.
“Il-ħaddiema kkonċernati ġew mgħarrfa b’dan u apprezzaw din l-inizjattiva” ittemm tgħid stqarrija mibgħuta lill-mezzi tax-xandir.