L-omm, Umm Al’aa qatt m’hu se tgħid lil binha min hu missieru u minflok se tassigura li dan it-tifel jingħata l-imħabba kollha tal-omm.
B’emozzjoni u mbikkma, din l-omm spjegat lil CNN, li qatt m’hu se tgħid lit-tifel tagħha li hija nqabdet tqila wara li sfat stuprata minn militant tal-ISIS, hekk kif kienet qed tinżamm ostaġġ minn dawn il-militanti.
“Dan huwa it-tifel tiegħi, u mhux it-tifel tal-ISIS” spjegat l-omm li bħal donnha għandha sens ta’ rabja għal dawn il-militanti iżda fl-istess ħin hija imweġġa’ b’dak li ġara. Hija stqarret li meta ħarġet biex tixtri l-ikel għall-familja tagħha, qalula biex tidħol fil-karozza u kien dak il-ħin li kienet mbeżża’ li se joqtluha iżda huma kellhom pjanijiet oħra.
Dan wara li l-militanti saru jafu li hi ma t’appoġġjax lil ISIS. Kienu jidħlula fid-dar bosta drabi, u kien meta daħlu biex jistupraw lil bintha, li l-kap militanti ddeċieda li għandha tkun l-omm ta’ 40 sena li tiġi stuprata.