Kelba tar-razza Samoyed tiġi salvata minn baħrin wara li kienet ilha mitlufa għal aktar minn ġimgħa fl-Artiku.
L-ekwipaċċ abbord vapur Russu li jkisser is-silġ sab lil din il-kelba b’kumbinazzjoni, f’villaġġ fit-tramuntana tar-Russja.
Il-Kaptan tal-bastiment qal li kienet il-kelba stess li resqet lejn il-vapur, li kien qed ikisser is-silġ, malli lemħitu.
Il-kelba bdiet tferfer denba malli l-ekwipaġġ niżżel sellum biex hija tkun tista’ titla’ fuq il-vapur. Hija telgħat mas-sellum waħidha.
Immedjatament, sar kuntatt ma’ sidien il-kelba li jisimha Aika u li ħarbet waqt li ħarġuha għal mixja.
Permezz tal-intervent tal-baħħara, il-kelba ġiet salvata minn ħalq il-mewt. Madanakollu, ir-razza tas-Samoyed huma magħrufin li jifilħu għall-kesħa, hekk kif dawn il-klieb oriġinaw mis-Siberja.