Mara li waqgħet minn xifer ta’ rdum fl-Awstralja ġiet salvata wara li l-kelba tal-familja allarmat lir-raġel ta’ sidtha.
Sue Pethnick, ta’ 55 sena, ħadet lil kelba tagħha dawra f’Gleesons Landing, bajja fejn bosta jmorru jikkampjaw, meta waqgħet għal isfel it-Tnejn wara nofsinhar u kisret sieqa. Kif rat hekk, il-kelba marret lura fiż-żona fejn jikkampjaw fejn kien qed jistenna r-raġel ta’ sidt il-kelba, Michael.
“Abby ħaditni lura fuq il-post u bdiet tipprova turini,” qal dan Michael.
Fuq il-post issejħet ambulanza u tim ta’ persuni mis-sezzjoni tas-salvataġġ fejn tellgħu lill-mara b’ħelikopter u ħaduha l-isptar.
“Żgur mhux forsi li Abby hi l-eroj tiegħi,” qalet sidt Abby.