Kelba li ntilfet f’Kalifornja, reġgħet ingħaqdet ma’ sidha, wara kważi 9 xhur mitlufa, u wara li tbiegħedet 2,000 mil minn darha.
Il-kelba tar-razza Terrier, ippastardjata ma’ Mishka, kien intilfet f’San Diego, f’Lulju tas-sena l-oħra, u d-diversi sforzi u appelli li kienu saru fuq il-midja soċjali, kienu sarrfu fin-negattiv.
Ftit ġranet qabel Jum l-Għid, l-awtoritajiet f’Detroit, f’Michigan, irrispondew għal talba għall-għajnuna b’rabta ma’ kelba tat-triq.
Minħabba l-fatt li din il-kelba kienet iċċipjata, hija ġiet identifikata bħala l-kelba li fil-fatt kienet mitlufa, mili ‘l bogħod..
Is-sidien tagħha, vjaġġaw għexieren ta’ sigħat sabiex jerġgħu jingħaqdu magħha, filwaqt li l-awtoritajiet ikkonċernati, jemmnu li l-kelba kienet misruqa u spiċċat f’Michigan.
Minkejja dan, il-kelba nstabet f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.