Kienu kundizzjoni ħżiena li nstabu fihom aktar minn 45 kelb f’dar f’Birżebbuġa.
Dan wara li s-sid, Antonio Vella, ġie ordnat mill-Qorti biex ma jżommx klieb għal 25 sena flimkien ma’ sentenza sospiża u ngħata multa ta’ €20,000 wara li nstab ħati li kiser numru ta’ liġijiet tal-ħarsien tal-annimali.
Pulizija flimkien ma’ uffiċjali tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali kkonfiskaw il-klieb kollha fir-residenza, fejn instabu klieb mejta u kif ukoll uħud maqfula fi gwardarobbi.
Wara li ġew ikkonfiskati, il-klieb kollha ttieħdu għat-testijiet neċessarji u għamlu kwarantina fejn imbagħad tqassmu f’numru ta’ santwarji u fosterers hekk kif mhux kolha setgħu jinżammu flimkien kawża li nstab ammont kbir ta’ klieb.
Fost il-klieb misjuba, hemm każ ta’ kelba li nstabet f’kundizzjonijiet ferm ħżiena fosthom b’xedaq miksur, għajn mifqugħa u kif ukoll infezzjonijiet.
Hi qed tinżamm għand l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati fejn spjegaw kif huma qed jieħdu ħsieb fost l-agħar każijiet li kien hemm ta’ klieb. Spjegaw kif din il-kelba kellha snien imħassrin, u kif meta tiekol ġieli tispiċċa tixraq u kif sfortunatament ma tarax sew lanqas minn għajn minnhom.
Sostnew kif il-klieb li għandhom fis-santwarju huma li ġew ikkonfiskati f’dan il-każ ma jinsabux għall-adozzjoni hekk kif għandhom bżonn ġimgħat u xhur ta’ trattamenti u kura.
Huma ħeġġew lill-pubbliku biex min jixtieq ikun ta’ għajnuna jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu permezz ta’ messaġġ bil-mowbajl fuq;
- 50617350 €2.33
- 50618060 €4.66
- 50618910 €6.99
- 50619200 €11.66
BOV Mobile:
79730921