Sid ta’ kelba appellat lis-sidien l-oħra sabiex dejjem iżommu il-kelb tagħhom marbut b’ċinga meta jkunu qed imexxuhom fit-triq. Hija sostniet dan wara li l-kelba tagħha sfat attakkata minn kelb ieħor waqt li kienu għadejjin fit-triq.
Permezz ta’ kitba u akkumpanjata żewġ ritratti grafiċi tal-ġrieħi tal-kelb tagħha fuq is-sit soċjali ta’ Facbook din is-sid qalet li kieku ma kienx għall-intervent ta’ terza persuna li kienet fuq il-post, il-kelba kien tispiċċa maqtula minħabba l-aġir irresponsabbli ta’ ħaddieħor.