Membri mill-Korp tal-Pulizija flimkien ma’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali salvaw kelb li kien fil-karozza li dalgħodu kienet involuta fl-inċident fil-Marsa.
Il-kelb, li hu tar-razza Chihuahua, instab fil-karozza l-ħamra li dalgħodu kienet involuta f’inċident fejn Pulizija li kien off-duty ntlaqat waqt li kien fuq il-mutur.
L-istess kelb ittieħed mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali.