Horace Pace ta’ 42 sena mis-Siġġiewi li jinsab mixli bi traffikar ta’ droga, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’€10,000.
Il-każ seħħ f’Awwissu li għadda wara li l-pulizija wettqu rejd f’razzett tat-tiġieġ fis-Siġġiewi fejn fost oħrajn sabu kilo eroina f’kennel ta’ kelb.
Waqt li kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda, ingħad li dakinhar l-akkużat kien wissa lill-pulizija li l-kelb kien feroċi. Madankollu rriżulta li dan kien mans.
Fix-xhieda tagħhom il-Pulizija qalu kif kienu qed isegwu lil Terence Cini, l-akkużat l-ieħor fuq suspett li kien qed jittraffika d-droga. L-akkużat kien passiġġier fil-karozza waqt li saqu lejn ir-razzett.
Iż-żewtġ irġiel ġew arrestati fuq il-post u wara ssoktaw it-tfittxija. Kien hawn li pulizija sabu protein shaker bid-droga fil-kennel tal-kelb li skont l-akkużat kien kelb feroċi.